Elezzjoni 2022 Għawdex Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jrid jagħti l-aħjar lill-Għawdxin kollha

Il-Partit Nazzjonalista għandu ferm għal qalbu lill-gżira Għawdxija… lill-pajsaġġ pittoresk li għandha din il-gżira.. lill-familji Għawdxin… lill-ħaddiema u ż-żgħażagħ Għawdxin, kif ukoll lill-bdiewa u r-raħħala.

Għalhekk Gvern ġdid Nazzjonalista huwa kommess li jagħti l-aħjar lil Għawdex… fejn fil-programm elettorali tiegħu fassal diversi proposti intiżi biex l-Għawdxin jgħixu ħajja aħjar… fosthom dawk li jħarsu lill-bdiewa u r-raħħala.

Waqt żjara li għamel f’razzett taż-żwiemel fil-villaġġ tax-Xagħra, Bernard Grech kellu l-okkażjoni li jitkellem mas-sidien ta’ dan ir-razzett u jispjegalhom fid-dettall x’inhi l-viżjoni li għandu l-Partit Nazzjonalista għal dan is-settur. Fejn fost l-oħrajn Gvern ġdid Nazzjonalista se jara li tingħata iktar importanza lill-ħarsien tal-annimali.. hekk kif dan jistgħu wkoll iservu bħala terapija lil tfal u adulti li jkollhom diffikutaljiet fiżiċi, soċjali u emozzjonali.

Huwa tkellem ukoll dwar il-proposti tal-Partit Nazzjonalista għas-settur tal-biedja, ir-raħħala u s-sajjieda. Fosthom li l-Partit Nazzjonalista jrid li l-prodott Malti jkun iktar kompetittiv, ikun hemm diversifikazzjoni lejn biedja organika, isir użu iktar strateġiku ta’ Fondi Ewropej, ikun hemm one stop shop għas-servizzi li jużaw, ikun simplifikat il-process ta’ trasferiment tal-qbiela, jinghataw vouchers bħala kunmpens għall-ispiża tad-diesel u jkun facilitat it-trasport tat-tgħabija.

Gvern ġdid Nazzjonalista se jaħdem sabiex ir-raba’ tal-Gvern ma jibqax jitpoġġa fis-suq bi prezz kummerċjali ….sabiex il-bdiewa żgħżagħ ikunu jistgħu joffru l-offerta tagħhom fuq kriterji stabbiliti.

Huwa saħaq fuq l-importanza li jkun hemm djalogu bejn il-partijiet kollha involuti għalhekk se jitwaqqaf Kunsill Malti għall-iżvilupp tal-Politika għall-Agro Industrija Maltija u Għawdxija. Dan id-djalogu se jinvolvi lil dawk kollha involuti fis-supply chain biex f’pajjiżna jkollna suċċess għal kull min huwa involut fil-proċess kollu ‘farm to fork‘.

Bernard Grech qal li li f’pajjiżna hemm bżonn li jkollna pitkalija, pixkerija u biċċerija li jkunu effiċjenti bl-aħjar sistemi innovattivi ….fejn il-prodott ikun jista’ jinbigħ bl-aħjar valur.