Il-Partit Nazzjonalista kommess li jkompli jħares in-natura u l-pajsaġġ mill-isbaħ ta’ pajjiżna… hekk kif l-ambjent tal-gżira Għawdxija jinsab fiċ-ċentru tal-politika ta’ Gvern ġdid Nazzjonalista.
Is-Sibt wara nofsinhar il-Kap tal-PN Bernard Grech flimkien ma’ AnneMarie Grech ingħaqad ma’ numru ta’ familji għall-mixja organizzata mill-Partit Nazzjonalista fiż-żona msejħa taċ-Ċawl fil-Qala, Għawdex.

Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista huwa kommess li jippriserva spazji fosthom anke binjiet storiċi, hekk kif sfortunatament hemm spazji miftuħa li jinsabu mitluqin anke fil-gżira Għawdxija.
Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech fil-viżoni tiegħu għandu l-impenn li jieħu ħsieb l-ambjent rurali u urban filwaqt li jieħu ħsieb l-estetika, in-natura u l-konservazzjoni ta’ bini storiku. Dan sabiex il-familja tkun tista’ toħroġ u tgawdi l-ħin liberu tagħha fi spazji bħal dawn.
Fil-programm elettorali tiegħu bit-tema Viżjoni għal Malta 2030 il-Partit Nazzjonalista ppreżenta numru ta’ proposti għas-settur ambjentali hekk kif Gvern ġdid Nazzjonalista jrid ikun katalista u pijunier fil-qasam ambjentali billi jippreżenta u jixpruna politika effettiva li tħares b’kull mod lill-ambjent naturali ta’ pajjiżna.
//= $special ?>