Elezzjoni 2022 Lokali

“Irridu li l-persuni b’diżabbiltà jibqgħu jiffurmaw parti mill-komunità” – Bernard Grech

Is-Sibt filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żar Dar Arka li tinsab Għajnsielem Għawdex… dar li tilqa’ fiha numru ta’ persuni b’diżabbilta.  

Mal-wasla tiegħu huwa ntlaqa’ mid-Direttur ta’ din id-Dar Fr Michael Galea fejn spjega kif is-servizz li jagħtu l-ħaddiema kollha ta’ din id-dar huwa wieħed imprezzabbli.. ħaddiema dedikati li joffru ħajjithom għal dawn il-persuni.

Dar Arka nfetħet fis-sena 2000 fejn minn dak iż-żmien ‘l hawn kompla jsir iktar investiment fiha sabiex tgħati l-aqwa servizz lill-persuni b’diżabbiltà. Illum din id-dar tilqa’ fiha 15-il resident kif ukoll numru ta’ persuni li ta’ kuljum jagħmlu użu mis-servizzi offruti fosthom terapeutic pool u multi sensory room. Apparti din id-Dar hemm ukoll żewġt idjar fil-komunita li jakkomodaw għaxar persuni oħra.

Il-Kap tal-PN Bernard Grech tkellem dwar kemm huwa importanti li dawn il-persuni tingħatalhom id-dinjita li jixirqilhom filwaqt li jibqgħu jagħmlu parti mill-komunita… proposta li tinsab fil-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista.

Jakkumpanjaw lil Bernard Grech kien hemm is-Sinjura AnneMarie kif ukoll id-Deputati Claudette Buttigieg, Chris Said u Joe Ellis.