Futbol Sport

Milan b’vantaġġ ta’ ħames punti f’ras il-klassifika

(Ritratt: EPA)

F’San Siro Milan fetħu vantaġġ ta’ ħames punti f’ras il-klassifika b’rebħa minima ta’ 1-0 fuq Empoli. Il-gowl li assigura t-tliet punti għal Milan wasal fid-19-il minuta meta l-freekick minn freekick ta’ Olivier Giroud, kien Pierre Kalulu li b’xutt minn barra l-kaxxa kkonkluda fix-xibka għal 1-0.

Fi Stadio Luigi Ferraris Juventus kisbu rebħa mportanti ta’ 3-1 fuq Sampdoria biex b’hekk saħħew posthom fir-raba’ post tal-klassifika. Huma fetħu l-iskor fit-23 minuta meta kien Maya Yoshida li xeħet fil-lasta tiegħu stess għal 1-0. Juventus rdoppjaw fl-34 minuta meta Omar Colley waqqa’ lil Moise Kean fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. Mill-11-il metru kien Alvaro Morata li għeleb lil Wladimiro Falcone għal 2-0. Fl-74 minuta Wojciech Szczesny salva penalty mogħti minn Antonio Candreva, qabel Abdelhamis Sabiri naqqas id-distakk fl-84 minuta. Madanakollu erba’ minuti Juventus għalqu l-partita b’gowl ta’ Alvaro Morata.

Spezia kisbu rebħa mportanti ta’ 2-0 fuq Cagliari biex telgħu fil-15-il post tal-klassifika, b’Cagliari jibqgħu fis-17-il post. Spezia fetħu l-iskor fil-55 minuta meta Daniele Verde għadda lejn Martin Erlic li xeħet fix-xibka għal 1-0. Huma rdoppjaw fl-74 minuta meta kien Rey Manaj li tefa’ fix-xibka għal skor finali ta’ 2-0.

SERIE A

Illum: Salernitana v Sassuolo 2-2, Spezia v Cagliari 2-0, Sampdoria v Juventus 1-3, Milan v Empoli 1-0 Għada: Fiorentina v Bologna 12.30pm, Verona v Napoli 3.00pm, Atalanta v Genoa 6 .00pm, Udinese v Roma 6.00pm, Torino v Inter 8.45pm
It-Tnejn: Lazio v Venezia 8.45pm