Lokali Qorti

Raġel se jitressaq il-Qorti fuq fastidju u ġrieħi

Raġel se jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana mixli b’diversi akkużi fosthom fuq fastidju u li kkawża ġrieħi fuq persuna oħra. Huwa se jiġi akkużat li dejjaq persuna u li kkawża ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq persuna oħra.

Huwa se jiġu akkużat ukoll mill-Pulizija li għex ħajja ta’ għażż u vagabundaġġ u minstenni jiffaċċa numru ta’ akkużi oħra. Ir-raġel se jittieħed f’awla numru Kriminali numru 14.