L-oligark Russu Roman Abramovich tneħħa minn direttur ta’ Chelsea wara l-aħħar sanzjonijiet mill-Gvern Ingliż, fl-isfond tal-gwerra fl-Ukrajna.
Il-Premier League ħa din id-deċiżjoni li effetivament se twassal biex Abramovich ibiegħ il-club mill-aktar fis possibli. Il-gvern Ingliż impona s-sanzjonijiet fil-konfront ta’ Abramovich, bil-club ta’ Chelsea ingħata liċenzja speċjali sabiex jibqa’ jopera f’dawn iċ-ċirkostanzi.
Fl-istqarrija il-Premier League qal li din id-deċiżjoni mhux se jkollha impatt fuq it-tkomplija tal-istaġun mill-club ta’ Chelsea. Intant, il-Gvern Ingliż jinsab ottimist li Abramovich se jkun qed isib il-bejgħ tal-lcub, bl-investituri se jkunu jistgħu jitfgħu l-offerti tagħhom sat-18 ta’ Marzu.
//= $special ?>