Lokali

Sid il-kumpanija SML hu l-vittma li waqa’ minn fuq raff u tilef ħajtu

Ħafna huma mbikkma għat-telfa ta’ Saviour Magro, sid il-kumpanija SML wara inċident fejn waqa’ minn fuq raff u tilef ħajtu ftit tal-ħin wara fl-Isptar Mater Dei.

Saviour kien fil-bini tal-kumpanija tiegħu stess meta seħħ l-inċident iktar kmieni llum.

Saviour, li kellu 56 sena, kien deskritt minn ħafna bħala persuna ta’ qalb kbira tant li tara kif tagħmel biex tgħin lill-oħrajn.