“Il-problema tat-traffiku tista’ tissolva. Il-proposta tal-PN – it-Trackles Tram, hija is-soluzzjoni.” – Hekk intqal waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-PN, indirizzata mill-Kandidati, Toni Bezzina, Janice Chetcuti u Fredrick Aquilna. Huma spjegaw il-proposta tal-PN – sistema tal-aħħar teknoloġija, u użu aħjar mill-ispazji li għandna fit-toroq tagħna.
Sistema li tgħaddi minn toroq arterjali u distributorji, mhux minn toroq fiċ-ċentri tal-lokalitajiet permezz ta’ ‘Dedicated Lane’ biex ma tfixxkilx trasport u ċertezza li tkun dejjem fil-ħin.
- 6 linji (f’forma ta’ circular loops)
- 9 hubs
- 13-il interchange
- 47 waqfa
- Minn Birżebbuga saċ-Ċirkewwa
- 24 siegħa kuljum
Fatt interessanti hu li t-trackless tram kapaċi iġġor mijiet ta’ persuni fi vjaġġ wieħed. U allura, mhux biss se tonqos il-problema tat-traffiku, iżda se tiżżalvagwardja l-ambjent.
Progett ekonomiku, efficjenti, nadif u kwiet. Jaħdem bl-elettriku, iħalli arja nadifa u ma jagħmilx storbju.
Parrallel ma’ dan il-proġett, il-PN se jintroduċi sistema ta’ feeder lines, fuq bażi ta’ reġjuni, li jiġbru l-passiġġieri miċ-ċentri tal-lokalitajiet tagħna, biex imbgħad jirkbu t-trackless tram li toħodhom fil-lokalitajiet kollha.
Din il-proposta tal-PN tiġi wara sentejn u nofs ta’ studju minn esperti u akkademiċi fis-settur.
Il-PN spjega li it-trackless tram hija sistema innovattiva ta’ teknologija li daħlet fis-seħħ madwar sena u nofs ilu u li tilħaq il-bżonnijiet ta’ kulħadd.
Il-PN iddikjara li għall-kuntrarju tal-proposta tal-Partit Laburista, din sistema tat-trackles tram, fiha m’hemm l-ebda taxxi moħbija.
Dan filwaqt li t-trackless tram titlesta f’5 snin u mhux f’20 sena bħal Metro, bi spiża irħas u tinkludi fiha id-doppju tal-lokalitajiet.
//= $special ?>