Lokali

“Titqaċċat siġra protetta ta’ iktar minn 100 sena biswit l-Imdina” – FAA

Dawk kollha li għaddew fuq barra tal-Imdina nnutaw in-nuqqas ta’ siġra protetta li kienet ilha hemm għal iktar minn 100 sena… siġra li tqaċċtet u nqalgħet minn postha waqt li qed isir xogħol fuq bandli li kien hemm biswit l-Imdina.

Fi stqarrija, Flimkien għal Ambjent Aħjar ikkundannaw il-qerda ta’ din is-siġra li kienet ta’ sostenn għan-nuqqas tat-tniġġis fl-arja filwaqt li kienet tagħti daqxejn kenn mill-qilla tax-xemx, fost l-oħrajn.

L-għaqda qalet li skont il-liġi ta’ pajjiżna, it-tqaċċit ta’ din is-siġra tmur kontra il-liġi fejn tidħol in-natura u hu għalhekk li tistaqsi x’azjoni se tkun qed tieħu l-Awtorità tar-Riżorsi Ambjentali biex tindirizza din is-sitwazzjoni.