Ġiljaniż ta’ 43 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident ikrah li seħħ il-Ħadd għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu fil-bypass tal-Imrieħel.

Dan wara li vettura sportiva ta’ lewn abjad, li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni lejn il-Ħamrun, tilfet il-kontroll u inqassmet fi tnejn wara li ħabtet ma’ siġra. U b’riżultat tal-impatt, parti tal-magna tal-karozza tqaċċtet mill-kumplament tal-karozza, kif ikkonferma magħna kelliem għall-Pulizija.

Apparti x-xApparti x-xufier tal-vettura tal-għamla Mitsubushi Lancer Evolution, fortunatament ma kien hemm l-ebda persuna oħra involuta f’dan l-inċident.
Fil-post issejjħu l-Pulizija tal-RIU u tad-distrett, ambulanza b’tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li għenu fil-proċess delikat biex qattgħu l-bieba u s-saqaf tal-karozza sabiex inħareġ ix-xufier li spicca maqbud fil-Mitsubishi.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għaHuwa ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji u jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
Dwar il-każ infetħet inkejsta immexxija mill-Maġistrat Noel Bartolo filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
