Mill-ġdid Alfred Sant għażel li jirrikorri għal post fuq Facebook biex iwassal messaġġ lil sħabu, dan hekk kif tenna hemm ħafna Laburisti li jinsabu rrabjati u mhux jidhru fis-sondaġġi.
“Hemm votanti ta’ tendenza Laburista li jew mhux se jmorru jivvotaw jew li se jħassru l-vot”
Huwa tenna li l-Laburisti jridu jiġru wara kull vot ħlief wara l-voti ta’ dawk faxxisti.
L-eks mexxej tal-Labour qal li se jkun hemm ilmenti personali, li jkunu jridu jiġu eżaminati skont jekk humiex ġustifikati jew le, u kompla li oħrajn ta’ natura faxxista, għandhom jiġu skartati.
Huwa ħeġġeġ lil sħabu biex lil dawn il-persuni jtuhom l-attenzjoni.
//= $special ?>