Wara li l-Ministru Clayton Bartolo rriffjata għal darba darbtejn tlieta li jgħid kemm tberbqu flus mit-taxxi tal-Maltin għas-serata tal-Malta Film Awards, issa l-Gvern reġa’ ddeċieda li l-ammont ta’ flus li ntefqu fuq din l-attività ‘mhix fl-interess tal-poplu’.
Dan meta talba formali permezz ta’ Freedom of Information Request mit-Times of Malta lill-Kummissjoni tal-Films għal dettalji dwar dan l-infiq ġiet irriffjutata.
It-Times talbet rendikont ta’ dak kollu li ntefaq biex ittelgħet din is-serata, inkluż kopja tal-invoices marbuta mal-Malta Film Awards u l-Malta Film Week.
Ironikament, fost l-aqwa producers tal-films f’pajjiżna dawru darhom fuq din l-attività u rriffjutaw li jattendu purament għar-raġuni li din kienet imbassra li se tiswa kważi daqs il-fond sħiħ li l-Gvern jgħaddi direttament lill-industrija.
Il-budget inizzjali għall-Malta Film Awards kien ta’ €400,000, iżda bosta esperti tal-qasam qed jgħidu li dan spara għal x’imkien bejn miljun u żewġ miljun ewro.
Il-Malta Film Fund ta’ kull sena jieħu madwar €600,000.
Għaddew xahar u nofs, u l-Gvern għadu qed jistħi jgħid kemm berbaq minn flus il-ħaddiem Maltai għall-kappriċċ ta’ erba’ minn nies.
//= $special ?>