Id-dimostrazzjonijiet kontra l-gwerra tal-Ukrajna qed jispikkaw mill-ġdid fir-Russja fejn aktar eluf qegħdin jisfidaw lill-Kremlin bi protesti dwar l-aggressjoni ta’ pajjiżhom fil-konfront tal-ġar u fost l-għajjat tad-dimostranti biex il-qawwiet Russi joħorġu mill-artijiet Ukreni.
Id-dimostrazzjonijiet fir-Russja serqu x-xena anki waqt li komplew dimostrazzjonijiet simili kontra l-gwerra madwar id-dinja,.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Russa, Alexei Navalny, sejjaħ, intant, biex in-nies ‘jieqfu lill-President Russu Vladimir Putin u jkomplu jipprotestaw kontra l-Gwerra fl-Ukrajna’. Dan waqt li l-pulizija Russa kienet qed issawwat mill-ġdid u tarresta lid-dimostranti li ħarġu f’Moska u l-ibliet tar-Russja biex isemmgħu leħinhom kontra l-Kremlin.
Navalny hu kritiku kbir ta’ Putin u anki sofra attakk fuq ħajtu meta, fis-sajf tal-2020, xi persuni tefgħulu sustanza velenuża fil-kafe waqt li kien qed jistenna biex jaqbad ajruplan għal titjira interna ( fir-Russja). L-attakk qed jingħad li seħħ fuq direttiva speċifika mingħand Putin innifsu iżda Navalny irnexxielu jiżgiċċa mill-mewt wara li għamel xhur rikoverat fil-Ġermanja. Intant, Navalny qed jinżamm il-ħabs wara li spiċċa arrestat mal wasla tiegħu lura r-Russja f’Jannar tas-sena l-oħra.
//= $special ?>