Il-President tal-Polonja, Andrzej Duda, qal li l-użu tal-armi kimiċi mir-Russi fl-Ukrajna kapaċi jwassal biex l-Alleanza tan-NATO tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni biex ma tintervjenix militarment fil-konflitt.
Mistoqsi jekk jaħsibx li l-President Russu Vladimir Putin hux jikkunsidra li juża l-armi kimiċi, il-Mexxej Pollakk qal li d-dinja qed tara konflitt fuq livell li ma deher qatt minn żmien it-Tieni Gwerra Dinjija ‘il hawn.
‘Jekk qed tistaqsini jekk Putin jistax juża l-armi kimiċi fuq poplu partikulari, naħseb li l-President Russu kapaċi jirrikorri għal kollox f’dan il-mument – u speċjalment ladarba jħossu b’dahru mal-ħajt jew f’pożizzjoni diffiċli’, spjega Andrzej Duda waqt kummenti lill-Istazzjon tal-BBC.
Għal Duda, Putin ‘diġà tilef il-gwerra – anki minn lat militari – f’għajnejn id-dinja’. Intant, hu wissa li jekk il-President Russu jiddeċiedi tassew li jutilizza l-armi għall-qerda tal-massa f’dan il-konflitt, l-iżvilupp għandu jwassal biex l-Alleanza tan-NATO ‘taqsam malajr mid-diplomazija għal azzjoni determinata fil-konfront tar-Russja’.
//= $special ?>