Waqt attivita’ f’Għawdex dominata mis-sostenituri ta’ Clint Camilleri….Robert Abela ftahar bir-raba’ vapur li suppost zied il-Gvern Laburista, ghalkemm din id-darba rreagixxa ghall-kritika tal-Partit Nazzjonalista billi ma regax irrepeta li hu vapur gdid – bastiment li l-Gvern tal-Labour ilu jikri ghal dawn l-ahhar snin.
Filwaqt li pprova jnessi l-investimenti kbar li Gvernijiet Nazzjonalisti ghamlu f’Ghawdex, Robert Abela rrepeta li ghandu għażla lesta ghal Għawdex – Clint Camilleri…. il-persuna li faħħru, sempliċiment għaliex inawgura xi progett.
Fost il-bnadar ta’ Clint Camilleri, fil-Pjazza tal-Qala dehru assenti l-messaggi ta’ propaganda minn kandidati Ghawdxin ohrajn, fosthom dawk ta’ Anton Refalo.
Fil-fatt, Ghawdxin li tkellmu ma’ NET News wara l-attivita tas-Sibt f’Ghawdex innotaw id-dizappunt taghhom ghall-mod kif in-nies qrib il-Leader raw li l-persuna qrib Abela – Clint Camilleri – spicca jinghata aktar spazju u appogg mill-kumplament tal-kandidati tad-distrett.
//= $special ?>