Elezzjoni 2022 Lokali

ILLUM: Mass Rally mill-PN fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin

L-attività, li se ssir fil-magħluq, tibda fit-3:30pm

Kollox jinsab lest għat-tielet Mass Rally tal-Partit Nazzjonalista – rally li din il-ġimgħa se jsir fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin.

L-attività tibda mit-3:30pm ‘il quddiem, hekk kif qed tkompli tirranka l-kampanja ‘Miegħek. Għal Malta’ – kampanja li daħlet fi tmiem it-tielet ġimgħa tagħha.

Qabel id-diskorsi politiċi dawk li se jattendu għal dan ir-rally se jkunu jistgħu igawdu minn mużika u kant permezz ta’ DJs u kantanti li se jkunu qed imexxu l-warm up ta’ din l-attività.

Ir-rally jintemm bid-diskors tal-Kap tal-PN Bernard Grech.