Inizjattiva tas-Soċjeta’ Mużikali San Ġużepp, Ħamrun, b’solidarjeta mal-poplu Ukren kienet suċċess kbir hekk kif tulha nġabru aktar minn €9,000.
Għadd ta’ membri ta’ din is-soċjetà organizzaw ikla ta’ ġbir ta’ fondi li isse se jingħaddu lill-Kommunita’ Ukrena f’Malta. Dawn se jkunu qed iqassmuhom lil għaqdiet u entitajiet li qed jgħinu lill-Poplu Ukren f’din il-ġlieda qalila kontra l-aggressjoni.
Għall-ikla attendew kważi 200 ruħ li bid-donazzjoni tagħhom urew l-appoġġ lil dan il-poplu.
Fl-organizzazzjoni ta’ din l-ikla, is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp sabu wkoll is-sostenn ta’ numru kbir ta’ sponsors li pprovdew b’xejn l-ikel, ix-xorb, il-mużika u aktar.



