Fil-kategorija – 100 kilo fl-Open tal-Kampjonati tal-Afrika f’Tunis, il-judoka Malti Isaac Bezzina kellu wirjiet mill-aktar pożittivi bl-ewwel suċċess f’kompetizzjoni continentali. Bezzina wara li tilef kontra El Mehdi Hedjala tal-Alġerija ikkwalifika għal finali midalja tal-bronż wara li fir-repecharge għeleb lil Amir Kouraychi tat-Tuniżija, rebbieħ f’żewġ edizzjonijiet tat-Tazza kontinentali. Isaac Bezzina b’ippon fil-golden score. Fir-rawnd ta’ wara tilef il-bronż kontra Rehda Lamri tal-Alġerija. F’dawn il-Kampjonati kkompetew wkoll Katryna Esposito fil-kategorija – 48 kilo li tilfet kontra Imene Rezzoug (Alġerija) u James Zahra fil-kategorija – 60 kilo li tilef kontra Younnes Ben Laribi (Alġerija). It-tim kien immexxi mill-kowċ nazzjonali Aurelian Ciprian Fleisz.
//= $special ?>AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES