Fl-Istadium Olimpiku ‘Birds Nest’ ta’ Beijing saret iċ-Ċerimonja tal-Għeluq tal-Logħob Paralimpiku. Fil-presenza tal-President taċ-Ċin Xi Jinping u l-President tal-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali Andrew Parsons , il-bandiera tal-Parolimpijadi ingħatat lil Giuseppe Sala u GianPietro Ghedina ,sindki ta’ Milan u Cortina d’Ampezzo rispettivament li fl-2026 se jorganizzaw l-Olimpijadi u Parolimpijadi tax-Xitwa. Fin-nuqqas ta’ Thomas Bach , President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali kellu jattendi il-Vici President Ng Ser Miang li iżda ġurnata qabel irriżulta pożittiv għal Covid. F’din l-edizzjoni iċ-Ċina rebħet l-akbar ammont ta’ midalji bi 18 tad-deheb, 20 tal-fidda u 23 tal-bronż. B’sorpriża fit-tieni post l-Ukrajna bi 11 tad-deheb, 10 tal-fidda u 8 tal-bronż. Warajhom temmew il-Kanada, Franza u l-Istati Uniti.
//= $special ?>AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES