Lokali

L-importatuti tal-qamħ jitolbu għall-għajnuna mil-Gvern

L-importaturi tal-qamħ jinsabu fi kriżi kbira hekk kif il-prezz tal-qamħ minn Jannar l’hawn żdied b’ 60% .. u l-invażjoni Russa fuq l-Ukrajna qed thalli effetti devastanti.

Marco Cachia, Kap Ezekuttiv tal-Kumpanija ‘Federated Mills’, stqarr mal-MaltaToday li minħabba l-invazjoni tar-Russja il-provvista globali ġiet affettwata f’daqqa, u kaġun ta’ hekk .. il-prezzijiet qed jiżdiedu b’mod kostanti hekk kif il-pajjiżi u l-importaturi qegħdin ifittxu provvisti alternattivi barra mill-Ewropa tal-Lvant.

Għalkemm il-pajjiż qed jaffaċja din iż-żieda sostanżjali f’dan is-settur, il-gazzetta MaltaToday tosserva kif il-Prim Ministru baqa’ ċass quddiem din l-isfida partikolari.

B’kuntrast, din il-gimgha, il-Kap tal-PN wieghed li jzomm fiss il-prezz tal-hobz temporanjament – sakemm tghaddi din il-krizi militari li qed taffetwa l-Ewropa.

Intant, anke l-Kamra tal-Kummerc qed turi t-thassib taghha dwar din is-sitwazzjoni….specjalment l-effetti kbar fuq is-settur tal-manifattura.