It-tielet Ħadd tal-Kampanja Elettorali, għall-Kap tal-PN, Bernard Grech, beda bi żjara f’diversi bars, każini u ristoranti fil-lokalita tal-Imġarr.
Hanwhekk, il-Kap tal-PN kompla jisma’ lil aktar nies ifissrulu dak li qed jinkwetahom bhalissa, b’mod partikolari l-għoli tal-ħajja fejn Bernard Grech fakkar fil-proposta ta’ fond ta’ 40 miljun Ewro biex nikkumbattu kontra l-għoli tal-ħajja. Minn naha tieghu, hu wieghed illi se jaccerta li l-familji jibqalhom aktar flus fil-but.

Filwaqt li fil-Manisfest Elettorali, il-Partit Laburista jgħid li se jħares lejn l-għoli tal-ħajja, imkien ma jgħid kif ser jgħin lin-negozji u lill-familji Maltin u Għawdxin dwar din il-pjaga.
Minn naħa l-oħra, Bernard Grech spjega li l-fond ta’ 40 miljun li qed jipproponi l-PN se jmur dirett għand in-negozji biex b’hekk, dawn ma jkollhomx għalfejn jgħollu l-prezzijiet tagħhom.
Fl-Imgarr, Bernard Grech stqarr ukoll li l-bdiewa, is-sajjied u r-rahhal se jibqghu parti integrali mill-politika tal-PN. Matul din iż-żjara, Bernard Grech kien akkumpanjat minn AnneMarie Grech, u diversi kandidati tal-PN.
