Ekonomija Elezzjoni 2022 Kummerċ Lokali

NIŻVELAW: Il-Labour qed jibgħat lill-kumpaniji jiddejnu

Il-Labour se jibgħat lill-kumpaniji jiddejnu mal-Gvern jekk Robert Abela jiġi kkonfermat għat-tieni mandat tiegħu bħala Prim Ministru.

Dan huwa mwiegħed iswed fuq l-abjad fil-manifest elettorali Laburista, hekk kif il-wegħda 174 tgħid li simili għall-wage supplement, se jkun hemm skema fejn il-Gvern jagħti €800 fix-xahar, għal sitt xhur biss, lil kull ħaddiem affettwat. Ghalkemm imbghad, f’temp ta’ ħames snin il-flus kollha għandhom jingħataw lura lill-Gvern – fi kliem semplici, il-kumpaniji se jispiccaw ikunu kostretti jiddejnu.

Net News staqsa lill-Ministru Silvio Schembri dwar din il-wegħda; wegħda Laburista li lanqas hu ma kellux idea liema hi u meta mistoqsi xi jsir minn dawk il-kumpaniji li sfortunatament ma jkunux jistgħu iħallsu lura lill-Gvern il-flus li ħarġu, Schembri infexx f’attakk partiġġjan.

Minflok fiehem il-wegħda li tispiċċa iddejjen lil kumpaniji minflok tgħinhom, li donnu ma kienx familjari magħha, il-Ministru Silvio Schembri ħa l-kumpaniji lokali for granted għax skont hu huma mal-Labour biex imbagħad, bħal sħabu u bhal-Leader tieghu, spiċċa ħarab mill-cameras taghna.