Chris Cassar
PEMBROKE A. ……………………… 5
LIJA A. …………………………………. 1
Pembroke A: M. Bonnici, K. Farrugia, D. Sant, K. Frendo, E. Ferreira, T. Fenech, J. Bondin, N. Ghio, S. Jankovic, W. Gomes, R. Fenech.
Lija A: L. Bonnici, L. Muscat, D. Scerri, L. Xuereb, M. Clinch, K. Borg, C. Giordimaina, B. Sciberras, T. Shimamura, P. Gusso, L. Micallef.
Referee: Daniel Portelli
Pembroke għelbu lil Lija 5-1 biex aċċertaw mir-rebħ tal-grupp u b’hekk minbarra l-promozzjoni issa fi tmiem l-istaġun jilagħbu decider għar-rebħ tal-kampjonat ma’ min se jirbaħ grupp B.
Pembroke kellhom iktar mil-logħob fl-ewwel battuti iżda kienu Lija bl-ewwel periklu meta Lydon Micallef daħal tajjeb fid-difiża ta’ Pembroke iżda kien sfortunat meta x-xutt tiegħu ħabat ma’ sieq il-lasta.
Ftit wara l-istess Micallef ipprova xotih minn tarf il-kaxxa bil-ballun imur ftit għoli. Fil-25 minuta l-ewwel periklu minn naħa ta’ Pembroke bix-xutt ta’ Gomes jeħgleb lil Bonnici iżda leon Muscat salva minn fuq il-linja.
Fit-33 minuta Pembroke marru fil-vantaġġ meta Jankovic rebaħ ballun ftit metri barra l-kaxxa u b’xutt sabiħ fil-baxx għeleb lil Miguel Bonnici. Il-logħba issa saret iktar interessanti u fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima Pembroke skorjaw it-tieni gowl. Azzjoni tajba ta’ Jankovic li daħal tajjeb fil-kaxxa u qassam lejn Erikys Ferreira li ma kellux diffikulta jitfa’ l-ballun fix-xibka.
Fil-bidu tat-tieni taqsima Pembroke viċin it-tielet gowl b’daqqa ta’ ras ta’ Fenech taħbat ma’ sieq il-lasta. Kwarta mit-tmiem Lija ngħataw penalty li minnu Lydon Micalef ma żbaljax. Iżda żewġ minuti wara Pembroke reġgħu kabbru d-distakk meta ngħataw penalty u fl-istess azzjoni tkeċċa Clinch. Mill-11-il metru kien Weverton Gomes li għeleb lil Bonnici.
Sitt minuti mit-tmiem kien is-sostitut James Brincat li skorja r-raba’ gowl ta’ Pembroke. Fl-aħħar sekondi Jankovic spara fis-saqaf tax-xibka biex skorja l-ħames u l-aħħar gowl.
LUQA SA ………………………….. 0
SENGLEA A. ……………………… 2
Luqa SA: J.R. Villar Flores, V. Olowoyo, S. Grech, A. Abdel, J. Micallef, M. Farrugia, A. Camilleri, M. Cutajar, K. Degiorgio, F. Lufi, J. Sant.
Senglea A: M. Falzon, J. Kind, M. Zarb, A. Tenorio, R. Dalli, O. Magro, L. Mancusa, R. Tantie, K. Vella, M. De Lucena, B. Antignolo.
Referee: Daniel Casha
Senglea għelbu lil Luqa grazzi għal żewġ daqqiet ta’ ras fit-tieni taqsima, f’logħba bejn żewġ timijiet li huma diġa’ kundannati li staġun ieħor jilagħbu fl-Amatuer League. Kienet logħba li Senglea rebħu meritatament għaliex it-tim mill-Kottonera ddomina l-logħba għal ħinijiet bil-goalkeeper ta’ Luqa jwettaq diversi saves tajba.
L-ewwel taqsima kienet miftuħa fejn Senglea kellhom l-aħjar ċansijiet ta’ skor. Fil-fatt tista’ tgħid li l-goalkeeper ta’ Luqa Villar Flores kien determinanti meta waqqaf kemm lil Tenorio kif ukoll lil Dalli li t-tnejn kellhom l-isbaħ ċansijiet weħidhom quddiem il-goalkeeper ta’ Luqa.
Fit-tieni taqsima l-andament tal-logħba ma nbidilx, anzi Senglea ħadu għal kollox l-inizjattiva u Luqa kellhom jiddefendu għal ħinijiet twal. Fit-72 minuta Senglea kienu ppremjati meta minn kross mil-lemin kien Mancuso li fuq it-tieni skorja b’daqqa ta’ ras preċiża bil-ballun jaħbat mal-lasta qabel spiċċ fix-xibka.
Luqa ma wettqux reazzjoni u Senglea komplew jattakkaw u fit-80 minuta Senglea skorjaw it-tieni gowl meta minn azzjoni ta’ korner kien Keith Vella li għola fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras sab ix-xibka biex għalaq definitivament il-logħba.
//= $special ?>