“Tibżax tivvota u tkun parti mill-bidla.”
Dan kien il-messaġġ ta’ Martina Micallef żagħżugħa ta’ 17-il sena li ndirizzat il-Mass Rally tal-PN fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin.
Martina Micallef spjegat kif ż-żgħażagħ iridu li jgħixu f’Malta aħjar u li l-Partit Nazzjonalista huwa dak il-partit li jara liż-żgħażagħ bħala l-preżent u mhux il-futur. Hi saħqet kif iż-żgħażagħ isegwu dak li huwa għaddej madwarhom u li jixxenqu għal żminijiet u opportunitajiet aħjar. Micallef semmiet kif il-Partit Nazzjonalista dejjem kien hemm biex jieħu d-deċiżjonijiet importanti anke f’mumenti ta’ kriżi. Hi faħħret it-tmexxija tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi fil-kriżi tal-Libja u qalet kif bħalissa d-dinja wkoll għaddejja minn kriżi, dik fl-Ukrajna.
Martin Micallef qalet kif minkejja li l-Prim Ministru qed jipprova jinjora dak li għaddej fl-Ukrajna u li għalih dak li għaddej m’huwiex se jaffetwana. Minn naħa l-oħra fid-dibattitu li seħħ fl-Università ta’ Malta, Bernard Grech propona li ssir mixja b’solidarjetà mal-poplu Ukren, liema proposta kienet injorata minn Robert Abela. Micallef qalet li Bernard Grech huwa l-persuna li lest jieħu d-deċiżjonijiet anke f’mumenti ta’ kriżi.
Hi indirizzat il-problemi li ħafna qed jaffaċjaw, fosthom l-prezzijiet tal-kera u anke l-għoli tal-ħajja. Martina Micallef kkonkludiet id-diskors tagħha billi qalet li l-Partit Nazzjonalista huwa l-unika partit li huwa lest li jimxi t-triq mal-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>