Ungeriż ta’ 22 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Tas-Sliema. Dan il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal- 9.45 ta’ filgħaxija fix-Xatt ta’ Tigne, Tas-Sliema.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Ungeriż ta’ 22 sena u residenti San Ġwann, tilef il-kontrol tal-mutur li kien qiegħed isuq, tattip Kymco, u waqa’.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin
//= $special ?>