Elezzjoni 2022 Lokali Proposti 2022

“Ejja nwarrbu l-kuluri politiċi u nivvutaw għal Malta” – Matthew Camilleri

“Ejja nwarrbu l-kuluri politiċi u nivvutaw għall-Malta, sabiex ikollna pajjiż aħjar.” Dan kien il-messaġġ ta’ Matthew Camilleri, student żagħżugħ li tkellem fl-attività politika tal-PN fis-Siġġiewi.

Camilleri qal li l-Partit Nazzjonalista qed jirrikonoxxi li wasal iż-żmien ta’ bidla f’numru ta’ setturi fosthom fil-qasam ekonomiku fejn qed jipproponi investiment ta’ biljun ewro, f’għaxar oqsma tal-ekonomija. Matthew Camilleri tkellem ukoll dwar il-governanza tajba, u saħaq li huwa importanti li pajjiżna jikseb lura r-reputazzjoni tajba, u wara li Gvern Laburista għamel tant ħsara.

Huwa qal li huwa nkwetanti li 70% taż-żgħażagħ iridu jitilqu minn pajjiżna u dan għaliex pajjiżna mhuwiex qed jimxi fuq mudell ekonomiku tajjeb. Camilleri qal li l-Gvern Laburista mhuwiex jifhem li ż-żgħażagħ qed jaqtgħu qalbhom mill-prezzijiet għolja tal-propjetà kif ukoll bl-għoli tal-ħajja.

Matthew Camilleri temm id-diskors tiegħu billi ħeġġeġ lil dawk li qed jibżgħu mill-bidla, u b’mod partikolari liż-żgħażagħ sabiex jagħmlu kuraġġ u fis-26 ta’ Marzu jivvutaw għall-Partit Nazzjonalista għaliex huwa l-unika partit li jista’ jwettaq il-bidla li tant għandna bżonn.