Futbol Sport

Gilbert Agius isejjaħ skwadra proviżorja għall-partita kontra l-Litwanja

(Ritratt: MFA)

Il-coach tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena Gilbert Agius sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 28 player għall-partita valida mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej kontra l-Litwanja. It-tim nazzjonali Malti kellu jilgħab partita oħra kontra r-Russja, bil-partita tkun posposta wara l-aħħar deċiżjonijiet mill-UEFA b’rabta mal-invażjoni Russa fl-Ukrajna. L-iskwadra tinkludi wkoll diversi players ġodda fosthom James Vella, Kurt Bondin, Matthew Debattista u Jed Valletta.

L-iskwadra ta’ taħt il-21 sena :

Goalkeepers: R.Al-Tumi, M.Debono, C.Formosa Difensuri: A.Bradshaw, M.Ellul, C.Gauci, Z.Leonardi, N.Micallef, S.Mizzi, S.Okoh, J.Vella, C.Zammit Lonardelloi Midfielders: A.Attard, J.P.Attard, K.Bondin, M.Debattista, A.Garzia, S.Mackay. A.Vella, J.Zammit Attakkanti: J.Engerer, J.Ghio, S.Grech, B.Sciberras, J.Sixmith, J.Valletta, A.Zammit