Il-Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ser iqaddes fil-Knisja tal-Erwieħ, Ħal Tarxien, f’għeluq l-10 snin mill-mewt tal-Professur Dun Peter Serracino Inglott, nhar il-Ħamis 17 ta’ Marzu fis-6.30 pm.
It-tifkira tibda bit-tqegħid tal-fjuri fuq il-qabar ta’ Fr Peter fiċ-ċimiterju ma’ ġenb iz-zuntier tal-Knisja. Issegwi l-quddiesa, imbagħad ikun hemm preżentazzjoni qasira ta’ qari ta’ siltiet minn xi kitbiet ta’ Fr Peter. Ser ikun hemm ukoll eżekuzzjoni qasira minn Kristina Dimic bil-vjolinċell ta’ mużika komposta għall-okkażjoni minn Jes Grixti.
Peter Serracino Inglott kien qassis, filosfu, Professur u Rettur fl-Università ta’ Malta. Huwa rikonoxxut bħala bniedem ta’ intelliġenza eċċezzjonali, studjuż mill-aqwa, bi studji f’Malta, Oxford, Pariġi u Milan. Filwaqt li l-filosofija kien il-qasam ta’ l-ispeċjalizzazzjoni tiegħu, kellu l-ħila jitkellem, jikteb u jagħti pariri b’awtorità f’ħafna oqsma, inklużi dawk reliġjużi, kulturali, ekonomiċi, ambjentali, soċjali u politiċi.
//= $special ?>