Lokali

Ikkonfermata: il-Kanzunetta l-ġdida ‘I am what I am’ se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision

Fl-aħħar ħin ħarġet l-aħbar illi x-xandar Malti iddeċieda li jissostitwixxi l-kanzunetta ta’ Emma Muscat għall-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena, bil-kanzunetta l-ġdida “I Am What I Am”.

Din l-aħbar ma kinitx sorpriża għal dawk li jsegwu l-Eurovision mill-qrib. Dan għaliex fl-aħħar jiem, il-kantanta Emma Muscat kompliet tqanqal l-kurżità f’diversi posts u stories illi telgħat fuq is-social media tagħha.

Filfatt madwar erbat ijiem ilu, meta waħda mis-segwaċi ta’ Emma Muscat staqsitha jekk hux qed taħdem fuq xi kanzunetta ġdida għall-Eurovision u jekk din inbidlitx .. il-kantanta Emma Muscat ma wieġbet xejn, iżda tat ħarsa li kompliet tqanqal il-kurżità u diskussjoni.

Fost diversi kummenti illi spikkaw fuq il-media soċjali, jidher illi il-kanzunetta l-ġdida ta’ Emma Muscat intoġgħbot aktar fost is-segwaċi li jsegwu il-Eurovision mill-qrib

Emma Muscat kienet oriġinarjament magħżula biex tirrappreżenta lil Malta bil-kanzunetta tagħha “Out of Sight”.

Intant, il-kanzunetti kollha li ħa jikkompetu fil-Eurovision 2022, jidher li għandhom ikunu sottomessi sal-laqgħa ġenerali li se ssir għada, filwaqt lis-66 edizzjoni tal-ESC ser isir fl-14 ta’ Mejju, bil-belt Taljana ta’ Turin.

Sabiex tara l-music video tal-kanzunetta ‘I am what I am’ idħol hawn.