Iċ-Ċina ċaħdet għal rapporti li r-Russja talbitha l-għajnuna biex tkompli bl-invażjoni tal-Ukrajna. Ir-rapporti mill-Istati Uniti sostnew li Moska riedet li Beijing jipprovdi l-assistenza militari lir-reġim ta’ Putin, iżda l-kelliema Ċiniżi irreferew għal dawn ir-rapporti bħala ‘litanija ta’ diżinformazzjoni’.
Hu wkoll sinifikattiv li ċ-Ċina, minkejja li alleata tar-Russja, baqgħet iżżomm ‘distanza’ u ‘politika ta’ newtralità relattiva’ waqt din il-gwerra.
Fil-fatt, l-awtoritajiet Ċiniżi, jiem ilu, irrifjutaw li jissupplixxu l-linji tal-ajru tar-Russja bil-parts għall-ajruplani – u fi żmien meta s-settur tal-avvjazzjoni tar-Russi qed jintlaqat ħażin ħafna mis-sanzjonijiet li l-Punent impona fuq ir-Russja b’reazzjoni għall-aggressjoni minn Moska.
Madankollu, mhemm l-ebda indikazzjoni li ċ-Ċina tista’, għall-ewwel darba, tuża l-fora internazzjonali biex tikkundanna lir-Russja dwar l-invażjoni tal-Ukrajna.
Intant, il-kelliema għall-Kremlin ta’ Moska, fl-aħħar sigħat, ukoll qalu li r-Russja ma talbet qatt l-għajnuna militari liċ-Ċin. Huma sostnew li pajjiżhom ‘għandu potenzjali biżżejjed biex ikompli bil-kampanja militari fl-artijiet Ukreni’.
//= $special ?>

