Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: In-negozjati se jkomplu…fost l-eżodu minn Mariupol

In-negozjati għal waqfien mill-ġlied bejn ir-Rappreżentanti tal-Ukrajna u r-Russja se jkomplu nhar  it-Tlieta (għada) wara li l-aħħar fażi tat-taħditiet intemmet mingħajr żblokk notevoli.

Sadanittant, konvoj ta’ 160 karozza għadhom kemm telqu mill-belt Ukrena ta’ Mariupol fejn qed tiżviluppa kriżi umanitarja allarmanti għall-aħħar.

It-tluq tal-konvoj sar possibbli wara li fallew ħafna aktar tentattivi biex iċ-ċivili taħt assedju joħorġu minn Mariupol permezz tar-rotot tas-sigurtà – u fost il-bumbardamenti bla heda tar-Russi fuq il-belt.

Dan ukoll waqt li r-residenti li ħarġu minn Mariupol komplew jitkellmu dwar ‘xeni ta’ disprament’ għall-eluf tar-residenti li baqgħu f’din il-belt u li spiċċawlhom l-ikel u l-ilma nadif.