Uffiċjal ewlieni mas-servizzi sigrieti tal-militar Russu spiċċa maqtul waqt ‘missjoni speċjali’ fl-Ukrajna.
Il-vittma – li kellu l-grad ta’ Kaptan u li kien strumentali ħafna fis-servizzi tal-ispjunaġġ ta’ Vladimir Putin – tella għal tnax in-numru ta’ uffiċjali għoljin tal-militar Russu, inklużi Ġenerali, li tilfu ħajjithom fl-invażjoni.
L-aħħar rapporti qalu li l-Kaptan Alexey Glushchak, li kellu 31 sena u li kien residenti fis-Siberja, miet waqt il-battalji ħorox f’Mariupol iżda ma ngħatawx dettalji dwar mewtu.
Sadanittant, ħarġu r-ritratti tal-funeral ta’ Glushchak fir-Russja, fejn hu indifen bl-unuri militari kollha fost il-preżenza ta’ gwardja tal-unur.
L-aġenzija sigrieta (Russa) GRU, li Glushchak kien jifforma parti minnha, organizzat l-ivvelenar tal-eks-spjun Russu Sergei Skripal u bintu f’ Salisbury, fir-Renju Unit. Il-vittmi ta’ dan l-attakk kienu salvaw b’ħajjithom wara xhur ta’ trattament mediku intensiv.
//= $special ?>

