Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Jammetti li l-invażjoni ‘mhix miexja skont il-pjan’

Il-Kap tal-Gwardja Nazzjonali tar-Russja ammetta li l-offensiva militari ta’ pajjiżu fl-Ukrajna mhix miexja mal-programm jew skont il-pjan oriġinali ta’ Moska.

Il-kumment ta’ Viktor Zolotov — alleat u eks gwardjan personali tal-President Russu Vladimir Putin — jitqies bħala ‘l-akbar konferma’ li l-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet Russi qed taħbat mal-kumplikazzjonijiet mingħand uffiċjal għoli tal-Kremlin.

‘Ikolli ngħid li l-affaraijiet ( l-invażjoni tal-Ukrajna) mhumiex għaddejjin bħalma xtaqna’, sostna Zolotov, bi kliemu jirrifletti l-għadab ta’ Moska dwar ir-reżistenza determinata tal-Ukreni li mhumiex lesti jitilfu pajjiżhom mingħajr ġlieda kbira.

Zolotov qal ukoll li ‘l-elementi estremisti tal-lemin fost il-poplu Ukren’ qegħdin jostakolaw il-progress tal-invażjoni; …Stqarrija li qed titqies bħala skuża oħra minn Moska biex tiġġustifika l-invażjoni tal-Ukrajna b’allegazzjonijiet dwar ‘il-preżenza tan-neo-Nażisti f’dak il-pajjiż’.