L-istorja li ħareġ biha Robert Abela turi li l-Labour irid idaħħak lin-nies bih.
Hekk stqarr l-avukat Franco Debono f’post fuq Facebook fejn irreaġixxa għall-fake news li qed jipprova jiżra l-Leader Laburista dwar ir-residenza tal-Kap tal-PN fil-Mosta.
“Ħanina dinja xi skandlu dak!”, stqarr Franco Debono. “Bernard Grech fid-dar tiegħu kellu żewġ ventilaturi wesgħin pulzier żejjed kull wieħed, tant li kellu japplika mal-MEPA biex jiġi in order. Skandlu faħxi minn dawk il-kbar”, kiteb b’mod ċiniku l-avukat Debono.
Aktar kmieni illum, il-PN spjega kif il-każ ta’ Bernard Grech, il-propjetà tiegħu saret fuq art li fiha seta’ jsir żvilupp. Dan filwaqt li l-alterazzjonijiet żgħar fir-residenza tal-familja Grech saru b’mod intern fid-dar stess.
Minn naħa l-oħra fil-każ ta’ Robert Abela, l-iżvilupp tal-villa tiegħu huwa wieħed fuq art ODZ. Il-PN saħaq li filfatt, il-permess tal-Prim Ministru jikser il-liġi tal-ODZ li tippermetti biss żvilupp ta’ 200 metru kwadru fuq art ODZ. Dan għaliex Abela kellu żvilupp ta’ 352 metru kwadru approvati.
//= $special ?>