Elezzjoni 2022 Lokali Saħħa

Il-Partit Nazzjonalista ta widen għall-persuni li jbatu mid-diabete

Fl-Attività Politika tal-Partit Nazzjonalista li saret fis-Siġġiewi tkellmet Ruth Galea Pace, persuna li tbati mill-kundizzjoni tad-diabete. Galea Pace irringrazzjat lill-Kap tal-PN Bernard Grech wara li sema’ l-proposti ta’ persuni oħra bħala u fil-Programm Elettorali nkluda l-proposta li dawk li jbatu b’din il-kundizzjoni jingħatalhom Continuouse Glucose Monitor – apparat li jista’ jsalva l-ħajja ta’ persuna li tbati minn din il-kundizzjoni.

Galea Pace qalet kif hawn persuni li llum ma jistgħux jaffordjaw jixtru dan il-monitor u affarijet oħra b’rabta ma’ din il-kundizzjoni.

Ruth Galea Pace qalet ukoll li l-poplu Malti għandu bżonn aktar edukazzkoni dwar din il-kundizzjoni u ħeġġet biex ikun hemm ukoll investiment u taħriġ f’dan il-qasam u anke fin-nurses sabiex jispeċjalizzaw f’dan il-qasam.