Elezzjoni 2022 Lokali Transport

“Il-PN għandu pjan ċar għat-trasport pubbliku” – Julian Borg

“Il-PN għandu pjan ċar biex solvi l-problema tat-traffiku u tat-trasport pubbliku.” Dan qalu l-Perit Julian Borg f’Attività Politika tal-Partit Nazzjonalista fis-Siġġiewi.

Borg semma kif il-Partit Laburista fil-Gvern wiegħed lill-poplu Malti li kien se jsolvi l-problema tat-traffiku iżda falla għal kollox milli jagħmel dan. Borg qal li l-Gvern Laburista għażel li jwessa’ t-toroq biex isolvi l-problema tat-traffiku, liema għażla kienet kritikata mill-PN u llum qed jingħata raġun. Julian Borg fakkar kif ftit tax-xhur ilu l-Partit Laburista nieda l-pjan tal-metro, liema pjan huwa skadut u m’huwiex vjabbli li jsir, u anke l-Labour stess qed jifta’ dubju dwaru. Dan għaliex fil-Manifest Elettorali, l-unika referenza għall-proposta tal-metrò tibda bil-kliem “jekk tkun viabbli”.

Minn naħa l-oħra l-Partit Nazzjonalista qed jipproponi viżjoni ġdida għat-transport pubbliku hekk kif qed jipproponi ‘trackless tram’ li se tkun qed ssir fi żmien ħames snin kuntrarju għall-metro proposta mill-Partit Laburista li se tkun qed ssir fi żmien 20 sena.

Borg spjega kif it-trackless tram se jkun qed jgħaddi minn toroq arterjali u se jkun assigurat li din is-sistema tkun veloċi u effiċjenti.