Saudi Media Group offrew is-somma ta’ £2.7 biljun għal club ta’ Chelsea. Dan wara li Roman Abramovich ġie kostrett ibiegħ il-club wara l-gvern Ingliż kif ukoll l-Unjoni Ewropea iffriżaw l-assi fost diversi sanzjonijiet fil-konfront ta’ oligarki Russi qrib il-President Putin, fl-isfond tal-gwerra fl-Ukrajna.
Jidher li s-sid ta’ din il-kumpanija, Mohamed Alkhereiji huwa supporter tal-club minn Londra, fejn skond rapporti fil-media internazzjonali huwa l-persuna ewlenija wara l-konsorzju mill-Arabja Sawdita. Alkhereiji kien fi Stamford Bridge is-sena l-oħra fi draw ta’ 1-1 kontra Man Utd.
L-imprenditur ta’ 50 sena għandu rabtiet ukoll mal-club Al Nassr u Al Hilal fl-Arabja Sawdita. Intant, fost dawk interessti li jixtru lil Chelsea hemm ukoll il-biljunarju Amerkian Woody Johnson, li hu s-sid tal-club fl-NFL, New York Jets.
Sadanittant, rapporti oħra indikaw li madwar 200 investitur urew interess fil-club ta’ Chelsea fl-aħħar jiem. Madanakollu min hu interessat li jitfa’ offerta’ għal Chelsea irid jagħmel dan fi flus kontanti, irid jagħti garanzija li se jkunu assigurati l-impjiegi tal-istaff kollu ta’ Chelsea kif ukoll jagħti raġuni valida għaliex irid jinvesti fil-club.
//= $special ?>