Waqt laqgħa organizzata miċ-Chamber of SME’s, il-President Paul Abela tkellem dwar kif il-prezz tal-merkanzija qiegħed dejjem jiżdied u dan qed jaffettwa lil diversi kumpaniji u negozji. HUwa żied jgħid li l-effet tal-greylisting se jibqa’ hemm anke meta pajjiżna joħroġ minn fuq il-lista… dan għaliex pajjiżna irid jerġa’ jibda mill-ġdid biex jerġa’ jikseb ir-reputazzjoni li kellna qabel.
Huwa qal li rridu naraw li l-negozji kollha jerġgħu jiġu fuq saqajhom u jkunu jistgħu ikomplu jinverstu.
Saħaq li hawn negozji li kienu jaħdmu f’attivitjiet tal-massa li għadhom sa issa ma jistgħu jagħmlu xejn u dan kollu qed jikkawża telf kbir għal dawn in-negozji.
Paul Abela appella biex l-ekonomija ta’ dan il-pajjiż igawdi minnha kulħadd u mhux igawdu minnha biss ftit persuni.
Il-Kap Eżekuttiv taċ-Chamber of SME’s Abigail Agius Mamo qalet li mhux in-negozji kollha rkupraw bl-istess mod mill-pandemija tal-COVID. Hija qalet li l-għoli tal-prezzijiet qed jaffettwa wkoll lin-negozji… anzi din il-problema qed taffettwahom iddoppju tal-konstumantur. Hija appellat sabiex titneħħa s-SISA li hija taxxa moħbija… dan minbarra l-elementi burokratiċi li jaffettwaw lin-negozji,

Dwar il-banek, hija qalet li hemm bżonn isir iktar u jkun hemm sistema ta’ bilanċ bejn iż-żewġ naħat. Abigail Agius Mamo qalet li l-Brexit ħoloq ħafna burkorazija fuq diversi negozji. Dan apparti li għandha tingħata importanza kbira lill-governanza tajba.
Hija qalet li għandu jkun hemm sistema trasparenti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ impjiegi mal-Gvern. Dwar it-turiżmu Abigail Agius Mamo qalet li Malta qed tikkopeti ma’ destinazzjonijiet oħra li llum jinsabu open for business u qed joffru ħafna aħjar minn pajjiżna. Saħqet li hemm bżonn iktar inċentivi għall-airlines.
//= $special ?>