Internazzjonali Sport

L-UE tiffriża l-assi ta’ Roman Abramovich

Diplomatiċi fl-Unjoni Ewropea ftehmu li Roman Abramovich jitniżżel mal-lista ta’ biljunarji Russi ssanzjonati.

Din hi l-aħħar f’sensiela ta’ miżuri fil-konfront ta’ persuni prominenti Russi mill-bidu tal-aggressjoni tal-Kremlin ‘l hawn.

Dan ifisser ukoll li l-assi kollha tas-sid tal-klabb tal-footbal tal-Premiere Ingliż, Chelsea issa huma ffriżati.

Il-Gvern Ingliż kien diġà ssanzjona lil Abramovich il-ġimgħa li għaddiet minħabba r-relazzjoni mill-qrib li kellu fl-aħħar għaxar snin ma’ Vladimir Putin. Issa anke l-Ewropa qed tieħu l-passi meħtieġa fil-konfront tal-ħabib tal-President Russu.