Elezzjoni 2022 Lokali

“Flimkien nagħmlu dak li l-pajjiż għandu bżonn” – Bernard Grech

F’intervista li saritlu minn Saviour Balzan waqt il-programm Xtra, Bernard Grech qal li huwa laqa’ l-istedina għal dibattitu ma’ Robert Abela iżda Abela, bħalma għamel f’sitwazzjonijiet oħra, reġa’ ma aċċettax.

Mistoqsi dwar is-surveys, Bernard Grech qal li hemm ammont ta’ nies li ma jridux jivvutaw fosthom anke Laburisti. Saħaq li se jibqa’ jaħdem sal-aħħar ġurnata biex ikompli jwassal l-viżjoni b’saħħitha li għandu l-Partit Nazzjonalsita għal Malta.

Il-Kap tal-PN qal li mhux veru li l-politiċi huma kollha l-istess, fejn il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista se tagħmel id-differenza bil-fatti. Huwa qal li l-viżjoni tal-PN hija ċara u kulħadd jaf fejn qiegħed mal-Partit Nazzjonalista.

Bernard Grech qal li għandna Prim Ministru li qalilna li ttikkjaw il-kaxxi kollha fil-moneyval u wara pajjiżna spiċċa greylisted. Il-poplu jrid serħan tal-moħħ u l-garanzija… irid Partit Nazzjonalista li huwa prepat b’viżjoni li fiċ-ċentru tagħha hemm il-persuna.

“Gvern ġdid Nazzjonalista mhux se jżid it-taxxa, il-VAT u l-bolla”.

Huwa qal li fil-programm elettorali tiegħu, il-PN ħaseb f’kulħad.. għaż-żgħażagħ, l-anzjani, l-istudenti, il-ħaddiema, il-familji. Gvern Nazzjonalista li se jkun qed jgħin lil min irid jixtri propjetà.

“Jekk inti se terġa’ tinvesti fin-negozju, mal-Partit Nazzjonalista se tmur aħjar… se noħolqu pagi aħjar u flimken aħna nibnu għaxar setturi ekonomiċi ġodda.”

Dwar il-kirjiet, Bernard Grech qal li l-Prim Ministru ħoloq gidba sfaċċata hekk kif mhux vera li l-Partit Nazzjonalista se jneħħi l-għajnuna li diġà hemm. Gvern Nazzjonalista se jagħmel minn kollox biex ħadd ma jkollu jmur il-Qorti biex jissalvagwardja l-proprjetà tiegħu.

Il-Kap tal-PN qal li hemm diversi familji li qed ibatu l-piż tal-għoli tal-ħajja bil-Prim Ministru jinsab maqtugħ mir-realtà u mhux joffri ebda soluzzjoni għal din il-problema. Gvern Laburista li għadu lanqas biss beda u lesta unit wieħed tal-housing. Huwa qal li mal-PN kulħadd se jkollu kwalità ta’ ħajja aħjar għall-kuntrarju tal-Prim MInistru li jinteressah biss mill-but tiegħu fejn kien idaħħal 28,000 ewro fix-xahar.

Bernard Grech qal li jrid jinċentiva x-xogħol u l-investiment. Huwa semma kif Clyde Caruana qal li l-għajnuna tal-wage suppliment li l-Gvern jista’ jkompli jagħti b’rabta mal-pandemija, iridhom lura f’ħames snin. Gvern Laburista li ma jridx jagħti lura s-serq kollu li sar mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Huwa qal li li Gvern Nazzjonalista se joħloq il-ġid mingħajr ma jkun hemm ħsara jew impatt fuq l-ambjent. Saħaq li l-Partit Nazzjonalista għandu responsabbiltà li jagħti l-fiduċja lin-nies u flimkien noħolqu governanza tajba.

Bernard Grech qal li kien minħabba l-atteġġjemant tal-Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela li pajjiżna spiċċa fuq il-lista l-griża. Huwa qal li Gvernijiet Nazzjonalista għamlu ġid kbir f’pajjiżna… ġid li għadna ngawdu minnu llum.