L-Agricultural Research and Innovation Hub li toffri r-riċerkaturi u bdiewa Maltin u barranin studju u prattiċi ġodda fil-qasam agrikolu qed ikun meqjus bħala suċċess għal dawn l-aħħar xhur.
Dan il-proġett tnieda fil-bidu tal-2020 u huwa kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea b’fondi ta’ aktar minn żewġ miljun ewro mill-Pjan Għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020. Dan qed isir f’kollaborazzjoni mal-MCAST u xjentisti miċ-ċentru ta’ riċerka CIHEAM, Bari.
Sal-lum, aktar minn 27 bidwi f’Malta u Għawdex ipparteċipaw fil-fażi ta’ monitoraġġ ta’ dan il-proġett. Din is-sena se jsir monitoraġġ addizzjonali fuq uħud mill-pesti u se jiġi involut numru akbar ta’ entitajiet u bdiewa biex jgħinu biex tinkiseb aktar informazzjoni, u hekk il-mudelli li qed jiġu żviluppati jkunu aktar preċiżi.
Għaddej ukoll proċess sabiex jiġu żviluppati metodi kompjuterizzati sabiex tkun tista’ titbassar kif ċerta popolazzjoni tal-pesti se tisvolġi matul l-istaġun ta’ dak il-wiċċ partikolari. Parti oħra ta’ dan il-proġett tinvolvi studju fuq metodi differenti ta’ tkabbir tal-għalf għall-annimali. Dan l-istudju jibbaża fuq liema varjetà hija l-aktar ideali u li tagħti l-aħjar prodott finali biex jiġi kkunsmat mill-bhejjem f’pajjiżna.
Matul ir-rebbiegħa tal-2021 ġew intervistati madwar 400 bidwi sabiex tibda tinġabar ukoll informazzjoni dwar kif jikkultivaw l-uċuħ tar-raba’ tagħhom. Għall-ewwel darba f’pajjiżna għandu idea aktar ċara tad-diversi metodi ta’ tkabbir li jintużaw mill-bdiewa tagħna.
//= $special ?>