Lokali

Raġel ta’ 89 huwa l-aħħar vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna

Waqt li kien pożittiv għall-Covid-19 miet raġel ta’ 89 sena, bit-total ta’ mwiet issa tela’ għal 615.

Bejn l-Ħadd u t-Tnejn, il-Ministeru tas-saħħa ħabbar li nstabu 143 każ ġdid tal-virus filwaqt li fiequ 38 persuna oħra biex b’hekk il-każi attivi huma ta’ 1,413.

U fl-Isptar Mater Dei hemm 49 pazjent pożittiv għall-virus, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.