Rebħa minima għal Lazio li kienet biżżejjed biex b’49 punt telgħu fil-ħames post fil-klassifika u fl-istess waqt qabżu lil Atalanta u Roma. Venezia baqgħu fit-18 il-post u aktar minn qabel mhedda bir-relegazzjoni. Dominju assolut minn Lazio bid-difiża ta’ Venezia b’xi mod ittemm l-ewwel taqsima b’riżultat intatt. L-istess bħal fl-ewwel taqsima, Lazio fetħu fuq l-offensiva. Fid-49 minuta minn azzjoni ta’ Sergej Milinkopvic Savic, deher li Ciro Immobile poġġa lil Lazio fil-vantaġġ meta għeleb lil Niki Maeenpaeae . Gianluca Manganiello kkonsulta l-VAR bil-gowl ikun imħassar minħabba offside. Disa’ minuti wara foul ta’ Domen Crnigoj fuq Luiz Felipe. Manganiello saffar penalty b’CIRO IMMOBILE ma jfallix għal dak li kellu jkun deċiżiv.
SERIE A
Illum: Lazio v Venezia 1-0
//= $special ?>