Il-kummenti tal-lum ta’ Robert Abela lit-Times jikkonfermaw li b’mod illegali bagħat drone fuq id-dar tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, biex jipprova jivvinta storja mix-xejn. Dan għaliex jidher ċar li l-allegazzjonijiet ta’ Robert Abela m’għadhom x’jaqsmu xejn ma’ xulxin u ma’ dak li kien mistoqsi mill-ġurnalista.
Fi dritt għar-risposta, il-PN spjega kif il-każ ta’ Bernard Grech, il-propjetà tiegħu saret fuq art li fiha seta’ jsir żvilupp. Dan filwaqt li l-alterazzjonijiet żgħar fir-residenza tal-familja Grech saru b’mod intern fid-dar stess.
Minn naħa l-oħra fil-każ ta’ Robert Abela, l-iżvilupp tal-villa tiegħu huwa wieħed fuq art ODZ. Il-PN saħaq li filfatt, il-permess tal-Prim Ministru jikser il-liġi tal-ODZ li tippermetti biss żvilupp ta’ 200 metru kwadru fuq art ODZ. Dan għaliex Abela kellu żvilupp ta’ 352 metru kwadru approvati.
Il-PN fakkar kif biex jiġġustifika l-permess, l-uffiċjal tal-każ fuq il-propjetà tal-Prim Ministru semma’ t-twaqqigħ ta’ struttura msaqqfa ta’ 400 metru kwadru li kienet twaqqgħet 20 sena qabel. Din il-kwistjoni tal-20 sena qatt ma ssemmiet fir-rapport tal-uffiċjal u b’hekk qarraq bil-bord qabel id-deċiżjoni tagħhom.
//= $special ?>