Robert Abela kien il-‘mistieden speċjali’ f’ikla privata organizzata minn Joseph Portelli jiem biss qabel l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet permess kontroversjali lill-iżviluppatur Għawdxi għal proġett f’Ta Sannat imlaqqam ‘mostruż’ minn ambjentalisti u minn bosta Għawdxin.
The Shift News żvela li ġimgħa u nofs ilu, wara li ndirizza attività tal-Labour propju f’Ta Sannat, Abela baqa’ sejjer jiltaqa’ ma’ Portelli li għal din l-ikla stieden ukoll numru ta’ żviluppaturi li huma qrib ferm tal-Partit Laburista.
Mistoqsijiet dwar din l-ikla mibgħuta lill-Uffiċju tal-Prim Ministru baqgħu mhux imwieġba, bħal ma ġietx imwieġba l-mistoqsija jekk Abela rċeviex donazzjonijiet finanzjarji minn dawk preżenti għal din l-ikla.
Intant jiem wara, Portelli ingħata permess biex f’żona fuq l-irdum Ta’ Sannat jibni 125 appartament. Iżda dan tal-aħħar hu biss permess wieħed minn sensiela ta’ permessi kontroversjali ferm li l-iżviluppatur, li far fl-aħħar ftit snin, ingħata taħt amministrazzjoni Laburista.
The Shift News tgħid li Robert Abela sar jaf sew lil Joseph Portelli qabel ma sar Prim Ministru, meta kien għadu qed idaħħal sa €28,000 fix-xahar għall-konsulenzi lill-Awtorità tal-Ippjanar.
//= $special ?>