Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara inċident f’Raħal Ġdid

Dalgħodu għall-ħabta tad-9.30am seħħ inċident bejn mutur u vettur li ħalla sewwieq ta’ mutur ta’ 43 sena isofri minn ġrieħi gravi. L-inċident tat-traffiku seħħ fi Triq Fr. Charles Plater, Raħal Ġdid.

Fuq il-post marru l-Pulizija fejn mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Honda 125, misjuq mir-raġel residenti Ħaż-Żebbuġ u Porsche Macan, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena residenti Tas-Sliema.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.