Internazzjonali

Tkompli tiżdied ir-reżistenza kontra l-Gvern ta’ Putin

Filwaqt li madwar id-dinja komplew l-protesti kontra l-invażjoni li bħalissa għaddejja mill-Gvern Russu fl-Ukrajna, komplew ukoll jiżdiedu l-protesti miċ-ċittadini Russi.

Infatti, llejla waqt li kienu għaddejjin l-aħbarijiet fuq l-istazzjon nazzjonali tal-Gvern Russu bl-isem ‘Russian TV’, Maria Ovsyannikova, l-eks editur tal-istazzjon, ħarġet tipprotesta kontra l-gwerra li bħalissa għaddejja fl-Ukrajna.

Maria Ovsyannikova, ġiet arrestata immedjatament wara din l-protesta, hekk kif li l-Gvern Russu aktar kmieni l-ġimgħa li għaddiet ddikjara li azzjonijiet bħal dawn huma xejn inqas minn att ta’ terroriżmu kontra l-istat despota ta’ Putin.

Fuq video li ġie ippublikat qabel ma saret din il-protesta televiżiva, Ovsyannikova iddikjarat d-dispjaċir tagħha li ħadmet ma dan l-istazzjon li huwa kompletament ikkontrollat mill-Gvern u li saħansitra kienet parti mill-kampanja ta’ gideb li bħalissa qiegħed jinxtered bla rażan mill-Gvern ta’ Putin.

Fil-video tagħha Ovsyannikova talbet lil kull Russu biex joħroġ u jipprotesta kontra l-Gvern ta’ Putin u l-massakru li bħalissa għaddej f-Ukrajna. Bl-eks editur tirrimarka li wasal iż-żmien li r-Russi jqumu kontra dan id-dittatur.