Fi tmiem it-tielet ġimgħa tal-Kampanja Elettorali, aktar persuni komplew ifaħħru l-proposti konkreti li għandu l-Partit Nazzjonalista fil-viżjoni tiegħu għal Malta. Dan ħareġ biċ-ċar f’kummenti li tawna diversi persuni… b’mod partikolari numru ta’ żgħażagħ li faħħru l-proposti li għandu Bernard Grech għaż-żieda fl-istipendji u l-għajnuna lill-First-Time Buyers.
Dawk li tkellmu magħna kellhom kliem pożittiv ukoll għall-impenn ta’ Bernard Grech favur il-kultura u t-tradizzjonijiet ta’ pajjiżna, kif ukoll l-ammont kbir ta’ proposti li l-PN għandu għal Għawdex. Qed jintlaqgħu tajjeb ħafna wkoll id-diskorsi tal-Kap tal-PN u il-kampanja pożittiva li qed imexxi Bernard Grech.
Il-Mass Rally li jmiss organizzat mill-PN se jsir il-Ħadd 20 ta’ Marzu, f’Tas Sliema.

