Jekk Robert Abela jaħseb li d-deċiżjoni li ttieħdet mill-awtoritajiet sabiex jiġi approvat it-tkabbir tal-proġett mostruż tal-Iżvilppatur Joseph Portelli f’Ta’ Sannat mhux se jħalli effet fuq il-vot fl-Elezzjoni Ġenerali tas-26 ta’ Marzu, lanqas jista jimmaġina huwa stess kemm sejjer żball.
Sostna dan l-eks esponent tal-Partit Laburista Desmond Zammit Marmara f’artiklu fuq is-sit Newsbook fejn insista numru kbir ta’ nies kienu għadhom qed jittamaw li issa l-Partit Laburista kien se jibda jieħu ħsieb l-ambjent bis-serjetà u li Abela kien se jżomm mal-wegħdiet li qed iwettaq matul din il-kampanja elettorali – iżda skont Zammit Marmara, din id-deċiżjoni kienet ‘the straw that broke the camel’s back’.
Filwaqt li semma kliem l-MEP eks Mexxej Laburista Alfred Sant li wissa li hemm numru kbir ta’ votanti Laburisti li mhux se jivvotaw, huwa spjega li billi jiġi Abela jipprova jikkonvinċi li l-Partit Laburista jinsab kommess fil-ħidma tiegħu favur l-ambjent imbħgad bil-fatti juri mod ieħor juri li qed jinjora għal kollox l-appelli u l-oġġezzjonijiet tar-residenti, għaqdiet ambjentali u dawk li għandhom għal qalbhom il-pajjiż.
Għax, kompla Zammit Marmara, għal Gvern tal-Labour l-ewwel jiġu l-interessi tal-iżviluppatur u mhux tal-maġġoranza taċ-ċittadini. “Addio l-interessi tal-ġenerazzjoniijiet futuri” saħaq Zammit Marmara.
Huwa staqsa meta dan il-poplu se jimmatura politikament u jkollu l-kuraġġ jgħid li l-iswed huwa iswed u l-abjad huwa abjad.
“Hawn xi ħadd rasu fuq għonqu li jieħdu bis-serjetà dwar l-ambjent?” – saħaq dan Zammit Marmara.
//= $special ?>