Lokali

Abela jibqa’ jaħbi li se jibgħat lin-negozji jiddejnu

Wara tlett ijiem, il-Leader Laburista Robert Abela għadu ma semmiex darba l-fatt li fil-Manifest Elettorali li ppublika l-Ġimgħa, qiegħed jibgħat lill-kumpaniji jiddejnu.

Taħt it-tinda f’Ħal Kirkop Abela saħaq li l-Manifest tal-Labour huwa ċar – u hekk hu, għaliex iswed fuq l-abjad jingħad li jekk il-pajjiż jerġa’ jispiċċa jħabbat wiċċu ma’ kriżi ….Partit Laburista fil-Gvern jagħtihom €800 għall kull ħaddiem sa massimu ta’ 6 xhur, iżda b’obbligu li jirritornawhom lura f’temp ta’ ħames snin.

Dejn għal kumpaniji Maltin u Għawdxin mingħajr tweġiba dwar x’jiġri minnhom jekk id-daqqa tkun akbar minn dak previst. U flok għajnuna issa Partit Laburista qed jibghatek tiddejjen.

U hekk kif bdejna ir-raba ġimgħa tal-kampanja elettorali, Abela reġa’ injora lil dawk kollha li nsterqu mill-kontijiet tad-dawl qabel Jannar 2022 – eluf li mhux se jinghataw lura lill-familji.

Għal darb’oħra Robert Abela evita milli jkollu intervista one on one minn ġurnalist mill-media independenti u minflok lagħaba safe – bi script miktub lest u bis-soluti noti li jqalleb fihom! Intant, Robert Abela insista li matul din l-elezzjoni ġenerali l-poplu għandu għażla quddiemu, għażla dwar liem tim irid li jirbaħ. U iddeskriva lill-Ministri tiegħu bħala tim kompetenti. Dan minkejja li f’5 snin il-Labour kellu 3 karatteristiċi ewlenin – riżenji, skandli u inkompetenza.